Living life with the wrong dwarf.....
Hmm….qanzha……dik il-kelma giet ivvintata ghall-koinkwilin tieghi. Nassigurakom. Qatt ma ltqajt ma’ xi hadd izjed qanzha minnu…..Mela….dawk kollha li ilhom jafuni mqar sena jafu li nipprova kemm jista’ jkun ma niekolx laham….mhux ghax ma nhobbux, imma ghax jiddispjacini ghall-annimali. Mela ghandkom tkunu tafu li John (ghax hekk jismu) huwa estremist ghall-ahhar, ambjentalista fanatiku minn dawk li ma jarawx daqs pulzier ‘l boghod minn imnehirhom. Forsi tghiduli “Iva allura b’daqshekkk x’fiha? Mela qed idejqek ghalhekk?” Le….ghalija jista’ jmur jintrabat mal-kancell ta’ Buckingham Palace gharwien u jsum ghal tliet snin….ma jinteressanix….Li ma nistax nissaporti huwa l-fatt li jrid bil-fors jimponi l-idejat estremi tieghu fuq haddiehor…..
Id-darba l-ohra kont fil-kcina….u nzertajtu hemm. Lanqas bongu bhima kif int illum. Imma halliha…ahjar bla kliem milli xeba’ tgergir. Kont qed inferragh il-halib fil-kafe’ meta f’daqqa wahda nisimghu jghajjat “Is that MILK?!?!?!” Jien waqaft, tajt lemha lill-flixkun li kien ghadu f’idejja, u hsibt, bejni u bejn ruhi…”Hmmm stramba din….dan il-bniedem qieghed fl-ahhar fazi tad-dottorat tieghu, u ma jistax jaqra erb’ittri li jispellu MILK….u dan li huwa Ngliz….Imn’Alla nzommu l-prodotti li nahslu l-loki bihom gol-kamra tal-banju, li ma jmurx jitfa’ xi HyGene fit-te’….” U rrispondejtu “Apparently so….” U fil-pront qalli li jmisni nisthi ghax qed inheggeg il-konsum dizuman tal-prodotti maghmulin minn annimali nnocenti u msejknin…..Iva….inhobb l-annimali….u nithassarhom….imma izjed nithassar lili nnifsi jekk qatt xi darba jkolli nduq il-“halib” li juza John… Nippreferi nixrob l-ilma li jibqa’ fil-borma wara li nkun ghallejt hames kabocci….
Episodju iehor…Emma (toqghod maghna wkoll) halliet nota fuq il-mejda ghal James, u qaltlu li hallietlu sandwich tal-bejken fil-forn. Meta James qara’ n-nota, il-kitba t’Emma kienet ingassata, u minflok John kiteb “ghandek bicca hanzir mejjet imgezwer fil-hobz”…..
Jahasra...kieku minflok Grumpy mort nghix ma xi Happy, jew anki Dopey kien ikun ahjar....
Insomma….biz-zejjed qrid ghalissa….Issa jaqbilli mmur inkompli naghmel ftit xoghol qabel isir il-hin biex immur lura d-dar….
Oqoghdu bil-ghaqal!!! ;o)
xXx
Jahasra...kieku minflok Grumpy mort nghix ma xi Happy, jew anki Dopey kien ikun ahjar....
Insomma….biz-zejjed qrid ghalissa….Issa jaqbilli mmur inkompli naghmel ftit xoghol qabel isir il-hin biex immur lura d-dar….
Oqoghdu bil-ghaqal!!! ;o)
xXx





