Deni u Ghanqbud...
Issa qeghda hawn...fi Flat 47....nhares 'l barra mit-tieqa tal-kamra tieghi u nahseb....Jekk m'hu tajjeb ghal xejn, zmien ta' mard veru jghinek tahseb u tfarfar dawk l-irkejjen remoti ta' mohhok li kienu ilhom jgemmghu ghanqbud. Qed nahseb fid-dar....fil-familja tieghi....fit-triq fejn noqghod...il-qattusa, hija....kollox....nostalgija? Forsi. Inhossni nqbadt ftit fi zmien pjuttost instabbli. Mhux ghax imdejqa hawn. Lanqas xejn. Hawn qeghda ghal qalbi...kemm fl-istudju kif ukoll fil-hajja socjali....Izda dejjem hemm parti minni li tghid "Kieku qeghda d-dar, bhalissa....x'inkun qed naghmel?". Kieku kieku...allahares nibqghu sejrin hekk... Zmien ta' stress kulhadd jghaddi minnu. L-importanti mhux li naharbu lura d-dar...imma li naffrontaw daz-zmien u nitghallmu xi haga...mqarr ckejkna...minn dak li jkun gara. U ija...mhux dejjem irnexxielna?! U hekk mela!
...................................................................
Haga ohra li rriflettejt fuqha kienet din. Ircevejt email minn kumpanija taz-zfin u qaluli li hemm auditions fil-15 ta' Settembru ghal grupp ta' zfin kontemporanju. Interessanti l-haga. Iz-zfin kontemporanju joghgobni hafna u nhossu soddisfacenti aktar miz-zfin jazz. Iz-zfin klassiku dejjem jibqa l-aktar ghal-qalbi....ghalkemm issa kbirt wisq u gismi nbidel b'tali mod illi huwa difficli nilhaq certu livell.

Hmm....immur jew ma mmurx? Jekk immur irrid nipprepara ruhi...fadal inqas minn xahrejn....u rrid nerga nigi flexible bhal qabel...u iva...jien billi naghmel naqra stretching ma fiha xejn...anzi taghmilli tajjeb....u mbaghad naraw. Jekk ikolli aptit immur ghall-audition imbaghad nara dak il-hin.
U hekk kif qeghdin fuq das-suggett...din hija l-istampa tal-lum. Il-pittrici Mata Wiley thobb tuza zeffiena bhala l-karattri principali tax-xoghol taghha.
Dak kollox ghal-lum. Oqoghdu bravi, u tinsewx tgawdu x-xemx Maltija ghalija!!!!
Over and out.
XXX









