Dik l-Art Helwa....

Mela...fil-blog li ktibt il-bierah m'ghidt xejn dwar il-gimgha li qattajt Malta fl-ahhar ta' Settembru. Din kienet zjara pjuttost alla rieda - imma hekk isiru l-isbah affarijiet fid-dinja....Kont ili nghid li ma niflahx nara temp griz f'nofs is-sajf izjed....u mbaghad, minghajr ma naf kif, sibt ruhi nhares lejn website li kienet qed toffri titjiriet ghal Malta bi prezz irhis.
F'temp ta' nofs siegha, kelli l-passagg lest imhallas...u kont qeghda fuq it-telefon ma' familti nghidilhom li anqas minn 48 siegha ohra se nkun maghhom!!! Dan kien l-Erbgha, xi l-hamsa ta' wara nofs in-nhar...u l-ajruplan kien se jitlaq il-Gimgha, fl-ghaxra ta' fil-ghodu! Genn, ippakjar ta' malajr, caw lil kulhadd, u malajr sibt ruhi fuq l-ajruplan, nara l-air hostess taghmel mossi b'idejha biex turina fejn huma l-bibien tal-hrug f'kaz t'emergenza.
Intfajt naqra l-ktieb li semmejt fl-ahhar blog li ktibt, u wara ftit anqas minn tlett sieghat, kont Malta.
Kienet zjara li kelli bzonn, hafna, specjalment wara skoss giri u konferenzi l'hawn u l'hemm...u wara sajf b'mhux aktar minn jumejn ta' xemx xitwija....jahasra kemm kont ingorr bis-shana meta kont ghadni Malta....issa c-cans li wicci jiehu naqra kulur jiddependi fuq kemm jien lesta ncallas imbarazz fuqu....
Insomma...gimgha mal-familja u l-qattusa....m'hemm xejn bhalu dak iz-zmien. Passiggati mal-Papa', Barbecue id-dar, l-ikel specjali tal-Mama li tant nimmisja, festini mal-kugini u z-zijiet.....U mbaghad lura lejn Birmingham.....din id-darba b'dahka fuq wicci, ghax naf li ma ndumx ma nerga lura lejn Dik l-Art Helwa....



0 Comments:
Post a Comment
<< Home