Building my Dreams from Moondust....?!

My Photo
Name:
Location: Birmingham, United Kingdom
Image Hosted by ImageShack.us

Monday, October 24, 2005

Living life with the wrong dwarf.....

Hmm….qanzha……dik il-kelma giet ivvintata ghall-koinkwilin tieghi. Nassigurakom. Qatt ma ltqajt ma’ xi hadd izjed qanzha minnu…..

Mela….dawk kollha li ilhom jafuni mqar sena jafu li nipprova kemm jista’ jkun ma niekolx laham….mhux ghax ma nhobbux, imma ghax jiddispjacini ghall-annimali. Mela ghandkom tkunu tafu li John (ghax hekk jismu) huwa estremist ghall-ahhar, ambjentalista fanatiku minn dawk li ma jarawx daqs pulzier ‘l boghod minn imnehirhom. Forsi tghiduli “Iva allura b’daqshekkk x’fiha? Mela qed idejqek ghalhekk?” Le….ghalija jista’ jmur jintrabat mal-kancell ta’ Buckingham Palace gharwien u jsum ghal tliet snin….ma jinteressanix….Li ma nistax nissaporti huwa l-fatt li jrid bil-fors jimponi l-idejat estremi tieghu fuq haddiehor…..

Id-darba l-ohra kont fil-kcina….u nzertajtu hemm. Lanqas bongu bhima kif int illum. Imma halliha…ahjar bla kliem milli xeba’ tgergir. Kont qed inferragh il-halib fil-kafe’ meta f’daqqa wahda nisimghu jghajjat “Is that MILK?!?!?!” Jien waqaft, tajt lemha lill-flixkun li kien ghadu f’idejja, u hsibt, bejni u bejn ruhi…”Hmmm stramba din….dan il-bniedem qieghed fl-ahhar fazi tad-dottorat tieghu, u ma jistax jaqra erb’ittri li jispellu MILK….u dan li huwa Ngliz….Imn’Alla nzommu l-prodotti li nahslu l-loki bihom gol-kamra tal-banju, li ma jmurx jitfa’ xi HyGene fit-te’….” U rrispondejtu “Apparently so….” U fil-pront qalli li jmisni nisthi ghax qed inheggeg il-konsum dizuman tal-prodotti maghmulin minn annimali nnocenti u msejknin…..Iva….inhobb l-annimali….u nithassarhom….imma izjed nithassar lili nnifsi jekk qatt xi darba jkolli nduq il-“halib” li juza John… Nippreferi nixrob l-ilma li jibqa’ fil-borma wara li nkun ghallejt hames kabocci….

Episodju iehor…Emma (toqghod maghna wkoll) halliet nota fuq il-mejda ghal James, u qaltlu li hallietlu sandwich tal-bejken fil-forn. Meta James qara’ n-nota, il-kitba t’Emma kienet ingassata, u minflok John kiteb “ghandek bicca hanzir mejjet imgezwer fil-hobz”…..

Jahasra...kieku minflok Grumpy mort nghix ma xi Happy, jew anki Dopey kien ikun ahjar....

Insomma….biz-zejjed qrid ghalissa….Issa jaqbilli mmur inkompli naghmel ftit xoghol qabel isir il-hin biex immur lura d-dar….

Oqoghdu bil-ghaqal!!! ;o)

xXx

Friday, October 14, 2005

Dik l-Art Helwa....


Mela...fil-blog li ktibt il-bierah m'ghidt xejn dwar il-gimgha li qattajt Malta fl-ahhar ta' Settembru. Din kienet zjara pjuttost alla rieda - imma hekk isiru l-isbah affarijiet fid-dinja....Kont ili nghid li ma niflahx nara temp griz f'nofs is-sajf izjed....u mbaghad, minghajr ma naf kif, sibt ruhi nhares lejn website li kienet qed toffri titjiriet ghal Malta bi prezz irhis.

F'temp ta' nofs siegha, kelli l-passagg lest imhallas...u kont qeghda fuq it-telefon ma' familti nghidilhom li anqas minn 48 siegha ohra se nkun maghhom!!! Dan kien l-Erbgha, xi l-hamsa ta' wara nofs in-nhar...u l-ajruplan kien se jitlaq il-Gimgha, fl-ghaxra ta' fil-ghodu! Genn, ippakjar ta' malajr, caw lil kulhadd, u malajr sibt ruhi fuq l-ajruplan, nara l-air hostess taghmel mossi b'idejha biex turina fejn huma l-bibien tal-hrug f'kaz t'emergenza.

Intfajt naqra l-ktieb li semmejt fl-ahhar blog li ktibt, u wara ftit anqas minn tlett sieghat, kont Malta.

Kienet zjara li kelli bzonn, hafna, specjalment wara skoss giri u konferenzi l'hawn u l'hemm...u wara sajf b'mhux aktar minn jumejn ta' xemx xitwija....jahasra kemm kont ingorr bis-shana meta kont ghadni Malta....issa c-cans li wicci jiehu naqra kulur jiddependi fuq kemm jien lesta ncallas imbarazz fuqu....

Insomma...gimgha mal-familja u l-qattusa....m'hemm xejn bhalu dak iz-zmien. Passiggati mal-Papa', Barbecue id-dar, l-ikel specjali tal-Mama li tant nimmisja, festini mal-kugini u z-zijiet.....U mbaghad lura lejn Birmingham.....din id-darba b'dahka fuq wicci, ghax naf li ma ndumx ma nerga lura lejn Dik l-Art Helwa....

Thursday, October 13, 2005

Norwegian Wood...

So...Summer is over, and after a long break here I am in blog world again. Many things happened this summer....so I'll try to list the most important stuff, chronologically....I went to Edinburgh in mid-August, just for a weekend for the Fringe. It was really good. Got to see a very good performance by a Russian physical theatre group, and a fantastic photographic exhibition of Henri Cartier Bresson. Brilliant stuff. I also got to spend some time with my best friend David, who lives there. I hadn't seen him in ages, so it was good to catch up, even though we keep in contact quite a lot.

So...next on the agenda was Florence....I can't even begin to describe how beautiful this city is.....Imagine the best landscape you've ever seen....combine it with the right dose of culture, friendly atmosphere, happy people, lovely weather, good social life and general well-being....now multiply that by twenty, and you've got Florence. It was truly the experience of a lifetime...I know I'll be going there again sometime soon....

Meanwhile...here's a picture of Ponte Vecchio....


Next I spent a weekend in Liverpool....YES!!! Liverpool!!! I went there with James, and we visited the Cavern, Beatles Experience, Mathew Street, PENNY LANE!!! (I even saw the Barber's shop and the roundabout.....!) It was so cool! Felt really good to actually be there!! We took pictures with Eleanor Rigby, the Fab Four, and also a bunch of little boys on Penny Lane. We even had hot chocolate and cake in a place called Lucy in the Sky with Diamonds...

I then went to London for a meeting with the people who are collaborating on the project at work....not bad but I didn't really feel like it. It was a good two-day science thing and all.,...got to speak to some "important contacts"....so it was good. I have to go to Glasgow at some point to collect some experimental data but that won't be till late November.....

Anyway.,...enough about work....I'm off to actually do some proper work before going to a party on the 5th floor....:)

Take care everyone!!!

xXx

Oh...P.S....This is the reason why I chose that title....I just read a fantastic book by Haruki Murakami called Norwegian Wood...it's fantastic. Murakami is becoming one of my favourite contemporary authors....when I finished the book I felt as though part of me had died with the book!!! It's so so good....OK I'll stop....Bye bye!!!