My Photo
Name:
Location: Birmingham, United Kingdom
Image Hosted by ImageShack.us

Monday, July 04, 2005

Xita, Beatles, u Diet Coke......

Ghadni nasal mill-universita'. Inzertat gurnata griza immens...u sirt ghasra sakemm wasalt! Issa ntfajt nisma' l-Beatles u nikteb xi haga fuq dal-blog qabel ma nibda nistudja. Illum nghidilkom storja dwar it-temp ta' Birmingham....

Tradizjonalment, l-Inglizi ghandhom ir-reputazjoni li meta jigu biex jibdew diskursata ma xi hadd li ma tantx jafu, jintefghu jparlaw fuq it-temp. Qabel ma gejt noqghod hawn, kont nghid iva possibli? M'hemm xejn t'aktar interess???! Issa li ili nghix hawn disa' xhur, skoprejt ghaliex it-temp ta' sikwit ikun punt ta' diskussjoni...Ghandhom ragun, sa certu punt. Jekk wiehed jipprova jsib xejra fit-temp Ingliz, l-unika tendenza li tista' torbot fuqha hi li dat-temp ghandu izjed burdati minni meta jkolli l-PMS...(iva possibli?!?!?!)

Mela jkollkom tkunu tafu li, ghalkemm f'Malta t-tbassir tat-temp tipikament jikkonsisti f'tahlita ta' kollox sabiex tkun giet imsemmija kull evenjenza possibli, (ez. sema msahhab, b'waqtiet xemxin, u xi halbiet ta' xita), hawnhekk ikollom ragun jghidu hekk. Inqum fil-ghodu u nhares mit-tieqa - xemx tizreg (li ghall-Brummies ifisser mhux aktar minn 25 grad f'nofs heat wave qalila) u nghid "Tajjeb...mela nista nilbes hwejjeg tas-sajf u karkur." Lanqas nilhaq nimxi pass il boghod mill-flat li ma jinzilx dulluvju....Nerga nidhol gewwa, nilbes xi haga aktar xitwija, gakketta w zarbun li jiflah ix-xita. U tlaqna lejn l-universita'.

Jasal hin l-ikel, u shabi jsejhuli biex immorru nieklu barra, fuq il-haxix tal-kampus. Haxix?? U x-xita? Nhares barra mit-tieqa.....sema car - lanqas shaba wahda - u xemx.....sa dan it-tant jien, ta' Maltija li jien, liebsa qisni sejra fuq xi muntanja silg ghax fil-ghodu ghamlet ix-xita....M'hemmx x'taghmel.

Issa tghallimt li s-sajf Ingliz huwa dan....ilbes hwejjeg sajfin kemm trid, imma QATT m'ghandek tilbes krakar, ghax ibqa' cert li dak inhar taghmel xi maltempata papali; u dejjem gorr gakketta w umbrella, ghal li jista' jinqala'...anke jekk tidher gurnata sabiha....

Darba, ghall-bidu li kont hawn, kont qed nara ftit television sakemm xrobt il-kafe' (kien xi weekend ghandu jkun). Giet wahda thabbar li se tkun gurnata "Mediterranja"....u ssuggeriet li kulhadd ghandu jmur jixxemmex, izda mhux minghajr sunblock. Il-kliem ezatt kien "Pack your bags, dig out those sunglasses and go and enjoy the sun - but don't forget your sunblock....it's a scorching 18 degrees out there...". Tajjeb wisq. Tghid din tigi minn dak li haseb li Malta m'hemmx air conditioners??

........................................................................................................................................................................


Hassejt li ma nistax nikteb blog bla ma nsemmi l-grajjiet ta' dawn l-ahhar tlett ijiem. Ma tantx hemm xi tghid hlief j'Alla dawk it-tmien persuni li se jiltaqghu jikkunsidraw dak kollu li qed jintqal fil-marches, il-kuncerti, ecc. Tkun vera tal-biki jekk dan iz-zmien jigi mfakkar bhala z-zmien meta stajna naghmlu xi haga w m'ghamilnihiex....Insomma. Biz-zejjed paroli issa. Caw caw!!!

0 Comments:

Post a Comment

<< Home