Sieq wahda gewwa......

Illum sirt naf li ghaddejt mill-ewwel fazi tal-ezami....jigifieri qraw it-tezi w ghogbithom. Habbruli li l-viva se jkun il-gimgha d-diehla. Ghadhom ma jafux ezattament meta'. Probabbilment se jkun nhar il-Hamis. Ghandi biza' tal-ghageb fuqi...imma la ghogbithom it-tezi sinjal tajjeb - kieku m'ghajtulix ghall-viva. Issa naraw...itolbu ghalija!!! Ghalkemm nimmisja d-dar u gieli nixtieq naqbad l-ewwel ajruplan u nerga lura Malta, din il-PhD qeghda tassew ghal qalbi....u ghalkemm id-dar dejjem tibqa' d-dar, hawnhekk nista' nghid li ghall-ewwel darba f'hajti qed naghmel xi haga li nhobb u niehu gost naghmel, u li (nispera) aktar ma nghaddi z-zmien, aktar nitghallem fuqha biex inkompli sejra dejjem ghall-ahjar.
Il-gimgha d-diehla tigi u tghaddi...irrid jew ma rridx...m'hemmx kontroll fuqha dik il-bicca. L-unika haga li nista' nikkontrolla hi kif immur waqt dik is-siegha w nofs, meta nkun gol-kamra maz-zewg ezaminaturi......
M'hemmx x'taghmel...ikollna nistennew u naraw. Sa dan it-tant itolbu ghalija!!! Caw caw u l-lejl it-tajjeb!!! XXX



0 Comments:
Post a Comment
<< Home