Merhba.....
Mela....peress illi kulhadd qed jizvoga f'dawn il-blogs, iddecidejt li forsi xieraq nipprova nzomm tip ta' komunikazjoni mal-bqija tad-dinja....specjalment issa li ninsab f'post li hu l-aktar il boghod possibli mic-civilizzazjoni.....u li sikwit jissejjah Birmingham, UK.
Ili hawn minn Settembru, u fejn is-soltu (nisthi nghid), ma nikteb xejn bil-Malti, din id-darba xtaqt inzomm dat-tip ta' djarju (jew pagni bla sens mimlijin tgergir, ferh, cucati u stejjer) tal-hajja ta' tfajla Maltija qalb il-gungla ta' l-Ingilterra.....bil-Malti, ghax tqazzist nitkellem bl-Ingliz u nisma nies isejhuli "mejq".....Ridt bil-fors inzomm kuntatt mal-blata ckejkna ta' Malta, biex ma nkunx fil-periklu li nitlef l-identita Maltija....jew xi haga hekk insomma....Ghall-ewwel kont qed nikkonsidra nimporta l-pastizzi, bigilla, gbejniet u kinnie.....Imma mbaghad hsibt li Birmingham ghadha m'hix lesta ghal xokk kulturali bhal dak.....ikel li ma jinxtarah f'pakketti? Mela qed niggennu?......nahseb blog fuq l-internet hija soluzjoni aktar semplici...
Ma nafx ezatt x'tip ta' forma se jiehu dal-blog imma l-pjan hu li meta jkolli xi haga ta' interess (imqar remot), niktibha hawn...niskuza ruhi ma' dawk li gew hawn fit-tama li se jsibu xi revelazjoni, jew idejat ta' ispirazjoni....dan l-ewwel blog li ser nipprova nzomm...u mill-esperjenza li kelli s'issa ta' djarji eccetera, ma nafx kemm se jdum sejjer. Issa naraw.
..............................................
Illum inzertat gurnata pjuttost xemxija...Mit-tieqa tal-kamra tieghi, go flat 47, ma jidher xejn hlief balla sigar u ftit sema kahlani....imma m'ghandi xejn xi ngerger....ghall-inqas mhux xi skip, jew saqqu qadim, jew xi nofs karozza msadda. Izda ghal min ikun irid jara dawn l-affarijiet kollha, kemm tmorru erba' bibien l'isfel minni. Jekk tkunu xxurtjati, forsi jkun hemm mazz siringi wkoll....skond il-livell ta' disprament tal-bierah tat-tfal tant helwin li joqoghdu faccata tal-Halls fejn qed noqghod.
Illum ma fadalli xejn x'nikteb....nghidilkom iktar fuq l-'ikel' ta' Birmingham aktar 'l quddiem...imma issa ghandi l-guh!

2 Comments:
Sewwa qed tghid mix...jien mindu kont zghira kont nhobb nitkellem mal-qamar...heh minn dejjem kont stramba!!! :o)
Aw! heh smajt li sejjer tajjeb int....hu gost, gawdi x-xemx u ghum ftit ghalija! XXX
Post a Comment
<< Home